L-ewwel paġna » Regoli » Proċess ta' evalwazzjoni

 

Proċess ta' evalwazzjoni

L-evalwazzjoni se ssir f'żewġ fażijiet u se tinvolvi esperti mis-27 Stati Membri kollha.


 

Il-ġurati se jkunu għalliema, rappreżentanti nazzjonali tal-Ministeru għall-Iżvilupp (jew aġenzija nazzjonali korrispondenti), rappreżentanti tal-Ministeru għall-Edukazzjoni (jew aġenzija nazzjonali korrispondenti), u esperti speċjalizzati f'suġġetti marbuta ma' l-arti u ma' l-iżvilupp.


Kriterji għall-valutazzjoni

L-evalwaturi u l-aġġudikanti kollha se jagħtu punti lill-proġetti skond dawn il-kriterji li ġejjin:

Kreattività u oriġinalità :  Il-kontribuzzjonijiet għandhom jirrappreżentaw u jilħqu l-grupp ta’ età tal-kompetizzjoni. Huma għandhom juru oriġinalità u inizjattiva sinifikanti fil-kunċett, stil, taqsim u disinn.

Ċarezza tal-messaġġ: Il-kontribuzzjoni għandu jkollha impatt viżiv qawwi, messaġġ ċar u relevanti, u turi fehim tat-temi indirizzati.

Kwalità tal-kontribuzzjoni:  Kriterji ta’ kwalità artistika ġenerali (taqsim, kompożizzjoni, stil, kulur, eċċ.) huma wkoll importanti.

L-għażla ta’ l-aġġudikanti hija finali u m'hu se jkun hemm l-ebda diskussjoni marbuta ma’ din id-deċiżjoni.